A Tribute To Basil Chibueze. by @Marsa FC - Post Details

A Tribute To Basil Chibueze.

Il-football Malti huwa xxokkjat bil-mewt ta' Basil Chibueze, fl-età ta' 26 sena. Dan il-player Niġerjan kien naturalizzat Malti wara li, flimkien mal-familja tiegħu, issetilja f'pajjiżna. Ix-xogħol tiegħu kien bħala sewwieq mal-Arriva. Fil-bidu tal-istaġun li għadda, huwa ingħaqad mal-club tat-Tieni Diviżjoni Marsa, b'self, mingħand St. Lucia. Kif intemm l-istaġun huwa sar player liberu u għaldaqstant intlaħaq ftehim ma' Marsa biex ikompli jilgħab magħhom -- kien jonqos biss il-firma. Iżda ma kellux ikun minħabba li matul dan il-lejl miet kawża ta' attakk f'qalbu. inewsmalta.com għamel kuntatt mal-president ta' Marsa, Twanny Mercieca, li qal: "Ninsabu xxokkjati b'din l-aħbar għax Basil kien jarmi s-saħħa. Kien bniedem eżemplari kemm fil-ground kif ukoll fil-ħajja personali tiegħu. Kif spiċċa l-istaġun mill-ewwel bdejna niddiskutu biex jingħata kuntratt wara l-istaġun brillanti li kellu magħna... Iżda llum kull partitarju ta' Marsa u kulmin kien jafu ... jinsab mingħajr kliem ....." Matul l-istaġun li għadda, fil-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, Chibueze lagħab 23 partita, b'ħin effettwat ta' 1,828 minuti fejn skorja 10 goals li waslu kontra Għargħur (1), Kirkop U. (2), Marsaskala (1), Mdina K. (2), San Gwann (2), Senglea A. (1) u Zabbar SP (1) Ir-rekord personali kien dak ta' 6 rebħiet, 7 draws u 10 telfiet. Inċidentalment, ħuh, Ikechukwu, wkoll kellu l-istess destin, nhar is-27 ta' Jannar, 2007, fl-età ta' 23 sena. Fil-Kampjonat Premier huwa kien lagħab, fl-istaġun 2005/06 ma' Mosta fejn lagħab 23 partita u skorja 12-il goal wara li kien iddebutta nhar is-6 ta' Awwissu, 2005, fir-rebħa ta' 2-1 fuq Msida St. Joseph fejn anke niżżel ismu fost l-iskorers. Huwa lagħab ukoll ma' Mqabba (fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni) u ma' Żebbuġ Rovers (fil-Kampjonat Għawdxi).

Similar Posts!

MARSA VS GUDJA HIGHLIGHTS
MARSA VS GUDJA HIGHLIGHTS

MARSA 2-0 GUDJA PAUL CHIMEZIE LINCOLN MICALLEF 11-08-2015



Marsa 4-0 Ghaxaq
Marsa 4-0 Ghaxaq

Well done boys for the first pre-season friendly game



Marsa Vs Hamrun Promo
Marsa Vs Hamrun Promo

This is another promo video of Marsa and Hamrun who will be the heroes?



Marsa Vs Hamrun 22-Feb Promo
Marsa Vs Hamrun 22-Feb Promo

Well as you know Marsa and Hamrun face each other once again after a 2-2 draw at Victor Tadesco Stadium now they face each other at the Centenary Stadium 22nd February 2015. After a wonderful first round match do you accept the same from the both ? Well guess we are going to just wait and see.



Marsa FC (Gladiators)
Marsa FC (Gladiators)

A Motivation video for our beloved team as we never ever give up FORZA MARSA FC



Marsa vs Siggiewi
Marsa vs Siggiewi

Next Match 07 December 2014